X’inhu Kwiksave?
L-iskema tal-Kwiksave hija skema ta’ lealtà li tippremja lill-konsumaturi meta jixtru prodotti li jiffurmaw parti mill-iskema.
Kif għandi nissieħeb bħala membru?
Sempliċiment billi tiġbor xi materjal tal-ippakkjar mill-firxa estensiva ta’ prodotti u żur iċ-ċentri tagħna f’Malta jew f’Għawdex. B’hekk tiġi irreġistrat bħala membru. Tista’ wkoll tniżżel l-app tal-Kwiksave jew tirreġistra mis-sit elettroniku tagħna.
Fejn jinsabu ċ- ċentri tal-Kwiksave?
Iċ-ċentru tal-Kwiksave f’Malta jinsab ġewwa l-kumpless tal-Homemate fl-Imrieħel filwaqt li ċ-ċentru f’Għawdex jinsab fi triq Ninu Cremona, Victoria.
X’Inhuma l-Ħinijiet tal-Ftuħ?
Malta:
- It-Tnejn u l-Erbgħa / 8.30 – 16.30
- It-Tlieta, Il-Ħamis u l-Gimgħa / 8.30 – 13.00
- Is-Sibt / 8:30 – 17:00*
- *Is-Sibt (Lulju u Awwissu) / 8:30 – 13:00
Għawdex:
- It-Tnejn u t-Tlieta / 8.30 – 12.30
- L-Erbgħa / 8:30 – 18:00
Kif nista’ nkun naf xi prodotti hemm fl-iskema?
Tista’ tiskopri liema prodotti hemm fl-iskema permezz ta’ diversi modi. Tista’ tara l-lista tal-prodotti u l-marki tagħna fuq is-sit elettroniku kif ukoll tniżżel l-app tal-Kwiksave fejn hemm il-possibilità li taċċessa kemm il-prodotti kif ukoll il-marki u fl-aħħar nett, dejjem tista’ żżur wieħed miċ-ċentri tagħna ġewwa Malta u Għawdex fejn il-prodotti tagħna huma esebiti.
Kif nista’ nibda niġbor?
Sempliċiment iġbor xi materjal tal-ippakkjar mill-firxa estensiva ta’ prodotti u żur iċ-ċentri tagħna f’Malta jew f’Għawdex fejn l-istaff tagħna jgħoddu il-punti tiegħek u jbiddluhom fi flus li tista’ tużahom ġewwa l-istabbiliment tal-Homemate Mriehel u miċ-ċentru tagħna f’Għawdex.
Nista’ niddepożita l-punti tiegħi minflok nistenna li jingħaddu?
Kwiksave Express hija faċilità li tippermettilek tiddepożita l-punti tiegħek fiċ-ċentru u dawn jingħaddu fi żmien xahar minn meta jiġu ddepożitati.
Hemm limitu ta’ żmien biex jintuża l-kreditu?
Il-kreditu jeħtieġ li jiġi utilizzat fi żmien sentejn.
Kif tista’ tagħmel kuntatt magħna?
Tista’ tibgħat email fuq contactus@kwiksave.com.mt jew iċċempel fuq 21234758/9 (Malta) jew 21560176 (Għawdex)